fe:male

Female Entrepreneurs: Mentoring and Lifelong learning across Europe

Storja ta’ Suċċess – Mary Attard (Malta) PDF Print E-mail
Written by Valentina Tartari   
Monday, 14 May 2012 14:13

MaryMary Attard għandha 63-il sena. L-entużjażmu u l- enerġija tagħha huma ta’ ispirazzjoni għal kuħadd. Mary kienet attendiet l-ewwel Mentoring Circle™ żgħir li sar waqt ‘SME week Expo Fair, Malta Fairs & Convention Centre (MFCC)’ ta’ Qali fl-14 ta’ Ottubru, 2011, bil-għan li nisa bħalha jitħajjru jattendu il-kumplament. Hi uriet ħafna interess fil-Mentoring Circles u kienet waħda mill-ewwel nisa li imliet l-applikazzjoni biex tattendi.

Mary hija penzjonanta u xtaqet li żżid il-penzjoni tagħha billi taqbaq il-passatemt tagħha, li hu l-fotografija u tużah biex tibda l-intrapriża tagħha, billi tbiegħ ix-xogħol tagħha.

Ir-raġuni għalfejn qegħda tattendi l-Mentoring Circles™ kienet li iżżid l-għarfien tagħha fuq kif tista’ tirriklama l-intrapriża tagħha u iġġib aktar klijenti. Hija għandha l-intenzjoni li tagħmel is-sit elettroniku tagħha, titgħallem kif tagħmel networking u takwista informazzjoni dwar kif wieħed għandu jibda l-intrapriża tiegħu.

L-enerġija u d-determinazzjoni kienu utli ħafna għax sal-aħħar tal- Mentoring Circles™ irnexxielha ittellgħa eżebizzjoni tal-fotografija fis-sala tal-ministeru ta Għawdex fil-pjazza ta’ San Franġisk fir- Rabat, Għawdex. L-eżebizzjoni ser tkun għaddejja mill-24 ta’ Marzu, 2012 sal- 20 ta’ April, 2012. Hi irnexxila issib żewg kumpaniji kbar sabiex jisponsorjawha, u dak kollhu li kien hemm għall-wirja kien għal beigħ. Mary dehret anke fuq il-gazzetta nazzjonali, it-Times of Malta. Kulħadd kien kuntent għas-suċċess li kisbet Mary, u dan juri li biex tibda l-intrapriża m’hemm ebda eta, għax Mary għandha 63 sena,u tinsab hija entużjasta li ser tibda dan il- vjaġġ daqsekk eċitanti.